Filmat: Muscat irid li jsir referendum ieħor dwar Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea hi kważi unanima dwar il-bżonn li jsir referendum ieħor dwar il-Brexit.

Dan qalu f’intervista ma’ BBC Radio 4, waqt li qiegħed f’Salżburgu fl-Awstrija, fejn attenda summit mal-mexxejja Ewropej, indirizzat mill-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May.

Muscat żied jgħid li minkejja li dan ikun l-ideali, huwa kważi impossibbli li jiġri. F’kumment lil Sky News, il-Prim Ministru qal li l-ftehim dwar Brexit irid jirrikonoxxi l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea.

Qal ukoll li l-fruntieri fuq l-art huma differenti ħafna mill-fruntieri tal-baħar, li Malta ssib ruħha f’diżgwid kontinwu dwarhom. Muscat insista li mhix kwistjoni ta’ lil min irridu nsalvaw, imma li jissalvaw il-ħajjiet tal-immigranti kuljum.