Filmat: “Mumenti li nafu li se jgħaddu” – Marica Cassar

L-attriċi Marica Cassar, li mil-lejla se tkun qed terġa’ tidher fis-sensiela Santa Monika, għamlet appell lis-segwaċi kollha ta’ newsbook.com.mt

Fil-filmat hi twassal messaġġ ta’ possittività kif f’dan il-mument wieħed għandu jaħtaf l-opportunità biex jagħmel dawk l-affarijiet li ilu jixtieq jagħmel.

Hija tgħid ukoll li nafu li dawn il-mumenti se jgħaddu u tisħaq ukoll li lkoll nisimgħu mill-Awtoritajiet tagħna u nieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

Segwi l-filmat biex tisma’ l-messaġġ kollu ta’ Marica.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn