Filmat: Mrs.Bonello u l-AC Xerri jiġu wiċċ imb’wiċċ….

Wara waqfa’ ta’ ġimagħtejn, illejla se jkompli Iż-Żagħka bil-11-il puntata tiegħu.

Marica Mizzi u Marvic Cordina

Tinsewx li Mrs Bonello, jew aħjar Catherine l-mara tal-premm (Marvic Cordina) u l-Assistent Kummissarju Vivienne Xerri (Marica Mizzi) huma aħwa. Aħwa li kif żvelat tajjeb l-AC mal-Kummissarju tal-Pulizija, tnisslu minn ommijiet differenti. X’se tkun ir-reazzjoni tagħhom ma’ xulxin?

Joe Borg

Il-Pulizija għadhom qed jindagaw diversi fatti. L-istorja tad-dar ui l-aċċident tat-tifla li waqgħet mit-tieqa għal isfel, tkompli tiċċara, imma l-Pulizija issa għandhom ħafna aktar fuq x’hiex jinkwetaw…. L-għibien ta’ Judith, u l-qtil tal-persuna li s’issa għadha mhux magħrufa.

Se nsiru nafu llejla min miet

Għall-biċċa li qed teħodna fl-imgħoddi, llejla se jkun qed jiġri xi ħaġa taħraq. Omm Sina, Angela tiltaqa’ ma’ Clara u għajta se twaqqafhom milli jidjalogaw. X’ġara?

L-istorja tkompli llum It-Tnejn 06 ta’ Jannar fid-8:45pm fuq l-istazzjon Net.