Filmat: Jiftakru t-tfal tar-refuġjati li qasmu l-baħar

Manfred Rekowski l-ogħla rappreżentat tal-Knisja Protestanta f’Rhineland llejla fakkar it-tfal li għadhom wisq żgħar biex jitħallew waħidhom u li telgħu fuq bastiment biex suppost iffittxu ħajja aħjar fuq in-naħa l-oħra tax-xatt.

Huwa fakkar kif illum il-ġurnata hemm tfal li jitwieldu fuq id-dgħajjes tar-refuġjati. Huwa saħaq li t-tfal joħlom li jgħixu f’post fil-paċi, li jaf iffisser post il-bogħod mid-dar.

Rekowski saħaq li t-tifsira ta’ li tkun uman u tkun wlied ta’ Alla hi li meta dawn it-tfal ikunu fil-periklu nsalvawhom u meta flimkien tinstab soluzzjoni biex dawn ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar.

Huwa appella lill-politiċi Ewropej biex jieħdu r-responsabbilità u jsibu soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni mingħajr ma jiksru l-liġi internazzjonali billi jgħalqu l-fruntiera. Rekowski appella lill-awtoritajiet Maltin biex iħallu l-bastimenti u l-ajruplan tal-organizazzjonijiet mhux governattivi jaħdmu fit-tfittxija u salvataġġ.

Barbara Held fid-diskors tagħha emfasizzat il-fatt li hi omm ukoll. Hi qasmet ma’ dawk preżenti esperjenza partikolari fil-ħidma tas-salvataġġ minn SeaWatch.

Tkellem ukoll Noel Cauchi, iċ-Ċermen tal-Knisja Protestanta Ġermaniża f’Malta.

Attività simbolika minn SeaWatch

Attivisti mill-għaqda SeaWatch sejħu konferenza tal-aħbarijiet b’azzjoni simbolika. Flimkien magħhom hawn preżenti Manfred Rekowski l-ogħla rappreżentant tal-Knisja Protestanta f’Rhineland u espert dwar l-immigrazzjoni tal-Knisja, kif ukoll Noel Cauchi ċ-Ċermen tal-Knisja Protestanta Ġermaniża f’Malta u Barbara Held tabiba u membru tal-ekwipaġġ minn SeaWatch.

Delegazzjoni mill-Knisja Evanġelika Ġermaniża tinsab f’Malta għal tlett ijiem. L-għaqda taħdem fit-tfittxija u salvataġġ tal-immigranti mill-baħar u bħalissa għandha bastiment f’Malta li ma tħalliex issalpa. L-għaqda għandha wkoll ajruplan li ma tħalliex jtir minn Malta, il-Moonbird, li huwa finanzjat mill-Knisja Protestanta Ġermaniża li għenet ukoll fix-xiri tiegħu.

Iktar kmieni

Rekowski ddeskriva bħala skandaluża l-projbizzjoni tat-titjira tal-ajruplan Moonbird li jintuża biex jitkixxef u għandu kapaċità li jara medda ikbar mill-bastiment tal-istess għaqda.

SeaWatch tiffinanzja ruħha permezz ta’ donazzjonijiet u s’issa kienet involuta fis-salvataġġ ta’ 35,000 persuna s’issa.