Filmat: Mistennija jiġu ċċertifikati aktar ħelikopters

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=HuxmKb2U3dM]

Il-Ministeru għat-Trasport qal li mistennija jiġu ċċertifikati tliet ħelikopters jew aktar fix-xhur li ġejjin mir-reġistru tal-avjazzjoni Malti.
Fi stqarrija, il-Ministru Ian Borg qal li r-reġistru tal-avjazzjoni Malti stabbilixxa ruħu bħala wieħed stabbli u b’saħħtu fid-dinja tal-avjazzjoni. Skont il-Ministeru hemm ħames ħelikopters fuq ir-reġistru Malti u sal-aħħar tal-2017 kien hemm 260 ajruplan irreġistrat.
Il-Ministeru qal li “Malta sabet ruħha għażla naturali għal bosta sidien tal-ajruplani minħabba l-istil dinamiku tar-reġistru, il-liġijiet sodi, in-numru ta’ inċentivi fiskali u l-istat ta’ Malta bħala firmatarja ta’ Cape Town – li toffri livell għoli ta’ sigurtà u ta’ serħan il-moħħ."