Filmat: ‘Missieri d-dover għamlu, sta għalina biex li ksibna ma jintilifx’

Read in English.

Beppe Fenech Adami qal li missieru għamel id-dover tiegħu għal Malta u li issa kienet ir-responsabilità taċ-ċittadini tal-lum biex dak li nkiseb fil-passat ma jintilifx.

Beppe Fenech Adami qal dan f’filmat fl-okkażjoni ta’ għeluq snin missieru, Eddie Fenech Adami. Eddie Fenech Adami li kien Prim Ministru u President ta’ Malta llum jgħalaq 86 sena.

Beppe Fenech Adami qal li se jiċċelebraw għeluq snin missieru kif jgħamlu kull sena b’quddiesa fid-Dar tal-Providenza. Wara jsir riċeviment żgħir flimkien mar-residenti, il-ħaddiema, u l-voluntiera tal-istess dar. Iddeskriva din id-dar bħala monument Malti tal-ġenerożità.

Filmat: Facebook – Beppe Fenech Adami