Filmat: Missier u ibnu jieħdu l-Golden Buzzer

Kien Gordon Bonello li waqt il-ħames programm tal-ewwel staġun ta’ Malta’s Got Talent għafas il-Golden Buzzer għal Jomike u Lydon Agius, missier u iben, li telgħu fuq il-palk u ppreżentaw makjetta.

Wirja li nisslet tbissima u li fl-istess waqt wriet il-kapaċità taċ-ċkejken Lydon kif ukoll introduċiet il-kunċett tal-makjetti mal-ġenerazzjoni żgħira tal-lum li probabbilment qatt ma semgħu dan it-tip ta’ kant.

B’hekk il-missier u ibnu issa għaddew sparati għas-semifinali tal-Malta’s Got Talent u minn jaf x’se jilħqu jippreparaw sa dakinhar!