Filmat: Miriam Christine tkanta f’Bethlehem

Għal sena oħra t-talent Malti spikka f’Bethlehem waqt il-kunċert Lighting of the Christmas Tree in Betlehem, li jkollu attendenza ta’ madwar 15,000 ruħ.

Wara li s-sena l-oħra kienet Maria Muscat, magħrufa bħala La Barokka, li kantat fir-Ramallah fil-Palestina, din is-sena kienet Miriam Christine li kantat fil-Pjazza tal-Maxtura f’Bethlehem, li hija qrib il-Knisja tan-Natività.

Ritratt: Ameen Saeb

Dn hija mibnija fuq il-grotta fejn twieled Ġesù Bambin.

Ritratt: Ameen Saeb

Is-sehem ta’ Miriam Christine f’dan il-kunċert kien possibbli grazzi għar-rappreżentant Malti fil-Palestina Reuben Gauci bl-appoġġ tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta.

Ritratt: Ameen Saeb