Filmat: Minn xiex salvani eżatt?

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr. Bernard Micallef u l-preżentatriċi Massimiliana Demartino.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”. Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.