Filmat: Minn X Factor għad-Djar tal-Anzjani

Hekk kif nistennew sal-ġimgħa d-dieħla biex naraw x’se jkun il-futur ta’ Yazmin u James fil-kompetizzjoni tal-X Factor Malta, dawn it-tnejn daħlu tassew fl-ispirtu tal-Milied.

Ilbieraħ huma kienu qed iduru l-Mellieħa fejn żaru xi djar tal-anzjani li hemm u bdew jallegraw ir-residenti bl-għanjiet tal-Milied.

Mhux biss iżda libsu tal-okkażjoni biex żgur ikunu qed jidħlu fl-atmosfera tal-Milied u fl-istess waqt inisslu dik it-tbissima fuq wiċċ ir-residenti.

Today we went Christmas Carolling in Mellieha, around houses of elderly who might not be feeling like this is “the most wonderful time of the year”. It was so nice to see what a small gesture could mean to them. That’s what’s Christmas is all about🎅🏼🎄

Posted by Yazmin and James on Saturday, December 21, 2019

Bla dubju li b’dak li għamlu Yazmin u James, li dan l-aħħar fetħu wkoll il-paġna tagħhom fuq l-Instagram, għamlu differenza fil-ħajja ta’ bosta persuni f’dawn l-aħħar sigħat.

X Factor ikompli jixxandar fuq TVM nhar ta’ Ħadd fid-8.50pm u mil-lejla tibda l-afżi tal-Judges Houses.

Il-live shows jibdew minn Jannar.