Filmat: Minn Santa Venera jibagħtu tbissima fil-missjoni

F’nofsinhar bdiet il-maratona Oħloq Tbissima bi grupp ta’ madwar 140 tifel u tifla jiżfnu ma’ medley ta’ mużika lokali, mill-Peru, mill-Pakistan u mill-Filippini.
L-Arċisqof Charles Scicluna qal li “din hi espressjoni tal-imħabba tagħna, imħabba konkreta lejn il-poplu.”
Min-naħa tagħha l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro-Preca, qalet li din hi maratona ta’ xogħol u sagrifiċċju.
Fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tkellem ukoll Fr Louis Mallia, id-Direttur taċ-Ċentru Animazzjoni Missjunarja (ĊAM) u ĊAM Productions International.
L-Arċisqof u l-President ġew ippreżentati b’tifkira tal-maratona.
Wara, Fr Karm Debattista, akkumpanjat minn Amber, kanta l-kanzunetta Oħloq Tbissima.