Filmat: “Minn għada stess nibdew naħdmu bħala tim wieħed” – Johan Mula

Is-Sindku elett ta’ Ħal Safi, Johan Mula, irringrazzja lir-residenti ta’ Ħal Safi talli għal darb’oħra, urew fiduċja fih. Huwa qal li mil-lum stess se jingħaqdu l-kunsilliera, kemm Laburisti u anke Nazzjonalisti, sabiex jibdew iwettqu l-ħidma li ġew inkarigati biha.

Mula rringrazzja b’mod speċjali lil martu u lil uliedu u qal li mingħajrhom ma kienx ikun possibbli li jwettaq kampanja elettorali.

Aqra: LIVE: Il-PN jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-Munxar mill-PL

Ilbieraħ kienet l-aħħar ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli nqasmu fi tliet gruppi għall-għadd. Il-proċess beda nhar l-Erbgħa u ntemm ilbieraħ, bl-aħħar 23 lokalità. Il-voti li ngħaddu lbieraħ kienu dawk mill-Munxar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħal Qormi, in-Naxxar, il-Furjana, San Lawrenz, Ħal Luqa, l-Isla, il-Ħamrun, Ħal Għargħur, il-Mosta, il-Gżira, Ħal Kirkop, is-Siġġiewi, Santa Luċija, l-Imtarfa, il-Qala, iż-Żebbuġ, ix-Xgħajra, il-Birgu, Ħal Safi, u ta’ Kerċem.