Filmat: Minibus tieħu n-nar fl-Iklin

Read in English.

Matul il-lejl li għadda, minibus ħadet in-nar fl-Iklin.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fi Triq Dun Karm fil-11.55pm. Fuq il-post issejħu kemm il-Pulizija, kif ukoll il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Ħadd ma weġġa’ kawża tal-inċident. Infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.

Filmat: Maltese Roads Traffic Updates