Filmat: Min tassew hi din il-mara?

Illejla fuq l-istazzjon Melita More jixxandar episodju ieħor mis-sensiela Aenigma li jġib l-isem ta’ Is-Saħħara.

L-istorja tlaqqagħna ma’ Sandy li titħajjar tmur għand waħda li kienu jsejħulha “is-saħħara”. Dan biex tgħidilha dwar il-futur tagħha, peress li tkun għadha kif isseparat minn ma’ żewġha Luke.

Biss ġara li meta waslet għand anni “is-saħħara”, hija sabet lil Tommy, ħabib ta’ żewġha, li kien fil-waiting area jistenna li jidħol għand Anni.

Għaliex kien qiegħed hemm? U għaliex wara dan il-każ, Sandy kellha ħafna ħolm ikraħ bil-lejl? X’ser jiġri minn din il-koppja?

U Anni s-saħħara min hi verament? Tassew taqra l-futur jew inkella qed tqarraq bin-nies?

Aenigma jixxandar fuq Melita More, Channel 315 illejla fil-11.30pm.