Filmat: Min spikka l-aktar fit-tieni programm ta’ X Factor Malta

X Factor qed ikompli jqajjem aktar interess u mill-programm tal-bieraħ stajna nassistu għal aktar parteċipanti f’din it-tieni edizzjoni.

Fuq il-You Tube uffiċjali ta’ dan il-programm qed jittellgħu il-clips u minn dak li qed naraw jidher li hemm xi wħud li spikkaw fuq oħrajn.

Jelena Attard jidher li hija l-aktar li ġibdet attenzjoni u l-filmat tagħha fuq il-YouTube diġà rawh aktar minn 5,300 darba.

Imbagħad insibu lil Janice Aquilina, li għalkemm m’għadditx għall-fażi li jmiss irnexxielha toħloq ħafna interess. Fi ftit sigħat, il-filmat tagħha rawh aktar minn 4,000 darba!

Maria Magro wkoll impressjonat u l-filmat s’issa rawh 2,800 darba. Hija wkoll m’għadditx għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni.

Benjamin Attard huwa wieħed mill-parteċipant li issa se nkunu qed naraw fil-fażi tal-bootcamp. Ġab 4 voti mill-ġurija. Il-filmat tiegħu rawh aktar minn 2,500 darba!

Ukoll fil-kompetizzjoni Estelle Imbroll li interpretat House of the Rising Sun. Se nkunu qed narawha wkoll fil-bootcamp u l-filmat tagħha ukoll qabeż l-2,500 darba li rawh.

Apparti dawn tkompli tiġbed aktar udjenza l-wirja ta’ Justine Shorfid, li s’issa qabżet id-19,000 darba li rawh u l-istess filfatt spiċċa nkulż fuq il-paġna ta’ X Factor Global.