Filmat: Min se jidħol fil-maħżen ħdejn Berto?

Id-disà puntata tal-ewwel staġun tas-sensiela F’Ġieħ l-Imħabba se tixxandar il-lejla fuq TVM fil-ħin ta’ 8.50pm.

Ritratt: Ivan Borg

Laura tiftaħ qalbha ma’ Ġużi. X’se tgħidilha dwar Emilio u Erminja? Elena x’se tgħidlu lil Salvatore fuq Karla? Elena tagħmel mistoqsija lill-missierha. Għaliex se jinħasad?

Għaliex Ġużeppe se jirrabbja ħafna għad-domandi li għamlitlu?

Ritratt: Ivan Borg

Berto jibqa’ fil-maħżen biex jibqa’ jaħdem. Min se jidħol hemm ukoll u x’se jagħmel hu?

Ritratt; Ivan Borg

Emilja u Laura ikunu qed jitkellmu flimkien. X’se jmur jagħmel Berto? Għaliex Emilio inkwetat?

Ritratt: Ivan Borg

Segwi hawn siltiet mill-puntata tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ L-Imħabba għandu kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.