Filmat: Min kien il-mistieden speċjali fit-tieġ ta’ Sue u Frank?

Edizzjoni oħra tal-programm Sibtek fuq TVM fis-12.45pm, bħas-soltu bi preżentazzjoni ta’ Ryan Borg.

Frank Grima u Sue Rossi se jkunu f’dan il-programm. Se jitkellmu dwar mistieden speċjali fit-tieġ tagħhom … li l-mistiedna l-oħra ma stennewx

Ritratt: Matthew Cutajar (iCam)

Fost daħk, emozzjonijiet, rebħ ta’ rigali u spettaklu waqt Sibtek jibqgħu sinonimi ħafna stejjer ta’ kurżità li Ryan u Josmar iwasslu ġewwa djarkom.

Ritratt: Facebook/KerstenBorg

Din il-ġimgħa fost ħafna stejjer se niltaqgħu mal-koppja Kersten u Shanice Borg, miżżewgin friski fejn kissru kull superstizzjoni u tradizzjoni. Kif?

Ritratt: Matthew Cutajr (iCam)

Se niltaqgħu wkolll ma’ familja li kollha huma dulċiera u fl-istudjow in-negozjant Frankie Grima mal-mara tiegħu Sue Rossi u l-imħabba l-ġdida tagħhom.