Filmat: Min jitwieled tond ma jmutx kwadru

Is-sensiela Fattigi tkompli llum fid-8.45pm fuq l-istazzjon Net fejn naraw xi ġralu Maurizio biex reġa’ għaddej minn żmien ħażin?

Ma’ min se tiltaqa’ Martina fl-Uffiċċju ta’ Catherine meta tmur biex tipprova tibda taħdem fil-home bħala volontarjat?

X’kellu l-baby ta’ Mandy u Mark?

Dan hu dak li ġara l-ġimgħa li għaddiet.

Hawn taħt tista’ tara aktar xeni mill-puntata li se tixxandar illejla.

Fattigi għandu kitba ta’ Bryan Muscat bi produzzjoni ta’ Watermelon Media.