Filmat: “Min jagħti d-demm jagħti l-ħajja” – l-Arċisqof Scicluna

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li min jagħti d-demm ikun qed jagħti l-ħajja. B’dawn il-kliem l-Arċisqof stieden lill-pubbliku Malti biex jagħmel dak li sejjaħ bħala “att kbir ta’ ġenerożità”.

Huwa spjega li meta wieħed jagħti d-demm tiegħu lil ħaddieħor ikun qed jiffaċilita l-kura u l-għajnuna għall-proxxmu. Fisser ukoll li b’dan l-att wieħed ikun qed juri li jaf jaqsam dak li rċieva mingħand Alla l-Ħallieq.

Il-Ħadd 14 ta’ Ġunju huwa ddedikat għad-donaturi tad-demm, ġurnata li bdiet titfaskkar mill-2004 u issa tinsab taħt il-patroċiju tal-għaqda dinjija tas-saħħa (WHO).