Filmat: Min jagħraf il-ħalliel għandu jgħid lill-Pulizija

Għaddejja tfittxija għas-suspettat ta’ attentat  ta’ serqa f’ħanut tal-merċa f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda għall-ħabta tal-10.15pm fi Triq Sir Joseph Carbone.  
Persuna mgħammda daħlet fil-ħanut u bdiet tipponta lejn l-impjegat, dik li tidher arma tan-nar.
Madanakollu, il-ħalliel ħalla l-ħanut b’idu f’idu għax l-impjegat baqa’ kalm u ma tahx il-flus.
Is-sidien tal-ħanut qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku, biex min jagħraf lill-persuna mgħammda jinforma lill-pulizija.