Filmat: “Min idur bis-sigarett f’idu bla maskra qed jabbuża”

Read in English.

Dr Tanya Melillo, konsulent fil-Mediċina fil-qasam tas-Saħħa Pubblika, stqarret li min qed juża’ s-sigarett biex jimxi u jdur fil-pubbliku bla maskra qed jabbuża. Hija qalet dan f’intervista fuq Newsbook.com.mt, fejn kienet qet twieġeb għall-mistoqsijiet tal-qarrejja kif ukoll tas-semmiegħa tar-radju 103 Malta’s Heart.

Saħqet li min ipejjep għandu jpejjep f’daru jew fil-ġnien tiegħu u jekk ikun se jpejjep fil-pubbliku għandu jaħseb għas-saħħa ta’ ħaddieħor.

Ferm qabel il-miżura tal-maskra mandatorja fil-pubblika, Dr Melillo kienet ħeġġet lill-pubbliku biex juża’ l-maskra regolarment.

Dr Melillo kellha kliem iebes għal min qed ipoġġi lin-nies li kellhom il-Covid-19 u li kienu fi kwarantina fi stigma. Stqarret li jkunu “veru injoranti” n-nies li jippruvaw jistigmatizzaw lil nies oħra għax kellhom il-Covid.

Dwar l-immunità, Dr Melillo qalet li għalhomm il-marda tħalli ftit immunità xorta kien hawn ftit każijiet fejn il-persuna kellu l-Covid-19 għal aktar minn darba.