Filmat: Min huma l-ġirien ta’ Adelina?

Illejla fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315 se jixxandar episodju ieħor mis-sensiela Aenigma li huwa intitolat Il-Ġara.

Adelina tgħix mar raġel tagħha Jeremy u binhom Terrence biss din mhux l-ewwel darba li spiċċat imsawwta u mhedda mill-istess zewġha li ħsiebu biss biex jixrob u jgħix ħajja ta’ xalatur.

Fl-aħħar jirnexxielha taħrab u ssib post fejn toqgħod ma’ binha il-bogħod minn żewġha imma għal xi raġuni jew oħra jibdew jiġru ħafna affarijiet strambi.

Il-ġirien min ikunu? U għaliex waħda minnhom tkun persuna vera ħabiba u simpatika ma’ Adelina u l-oħra tkun qed timxi ta’ stramba.

Liliane Pace Vassallo f’Aenigma

Aenigma jixxandar fuq Melita More kull nhar ta’ Ħamis fil-11.30pm.