Filmat: Min hu l-qattiel misterjuż?

Ftit minn dak li hemm jistenniekom fit-tielet episodju ta' Game Over! 😉

Posted by DIVISION 7 on Friday, January 17, 2020

Min hu l-qattiel misterjuż? Għandu xi konnessjoni mal-Koy? Jekk iva, għala lil Lippu marru jfittxuh fil-bar wara li ma sabuhx id-dar? Jekk le, mela min hu? Ġie mqabbad minn xi ħadd biex joqtlu? Jew qatlu min jeddu għax ukoll kellu xi problema miegħu?

Dawn huma l-bosta mistoqsijiet u teoriji tat-telespettaturi wara l-episodju tal-ġimgħa l-oħra ta’ Game Over, li DBA Entertainment qed twassal fuq l-istazzjon One nhar ta’ Erbgħa fid-9pm.

Fl-episodju tal-lejla naraw x’se jiġri wara l-ġlieda li nqalgħat fil-bar. Kif se jibqgħu l-aħwa George u Silvio mlaqqma tax-Xhudi mal-klikka ta’ Ġużi? Is-sitwazzjoni bejn Elaine u Robert qed tkompli tikkomplika ruħha u issa qaltlu wkoll li se titilqu għax m’għadhiex tħobbu.

Kif se jirreaġixxi Robert?

Maya tidher imkissra b’dis-sitwazzjoni. Se jirnexxielhom joħorħu minnha u jerġgħu jingħaqdu bħala familja?

Jew inkella Sean, il-maħbub sigriet ta’ Elaine, se jirnexxielu jkisser familja?