Filmat: Min hu Abel?

Aenigma jkompli b’episodju ieħor illejla fil-11.30pm fuq Melita More, Channel 315. L-epsiodji tal-lejla jismu Abela u jitratta l-istorja ta’ Jane li kellha ħajja normali ħafna. Hija miżżewwġa lil Joseph, għalkemm mhux dejjem kienu jmorru daqshekk tajjeb flimkien. Hija għandha tifla li jisimha Pippa.

Darba Jane tirċievi telefonata mill-iskola fejn jgħidulha li Pippa kellha xi tgħid ma’ studenta oħra fil-klassi, u din ma kienitx xi ħaġa tas-soltu għal Pippa.

Jane tistaqsi lil Pippa għaliex għamlet hekk. Minn hemm jibda l-inkwiet għal din il-familja! Pippa għaliex qiegħda tinbidel? Jane x’se jiġrilha meta tibda tara lil Pippa tinbidel?

U Joseph? X’jagħmel?