Filmat: Min hija omm Gregory f’Fattigi?

It-tmien episodju tat-tieni staġun tas-sensiela Fattigi se jkun qed jixxandar illejla fuq l-istazzjon Net fid-8.45pm.

Se naraw kif Crystal se tipprova tidħol fix-xena ma’ Mark, peress li issa hemm l-inkwiet bejn Mandy u Mark. Oliver isib ruħu fil-kamra tas-sodda u ma jafx għaliex, imma x’qed jiġri fil-kmamar l-oħra? Sor Margerita u Sor Theresa jitkellmu fuq l-eventwalità li t-test tad-DNA jirriżulta li Margerita hija fil-fatt omm Gregory. X’ġara minn Kiki? Maurizio jdaħħal lil Bertu f’biċċa inkwiet żejda.

Dan hu dak li seħħ fil-puntata tal-ġimgħa l-oħra.