Filmat: Min hi ‘Mama Africa’?

Umani tal-lum jitratta l-istorja ta’ Antoinette Żammit magħrufa bħala ‘Mama Africa’.  Antoinette li llum għandha 63 sena ilha 40 sena fil-volontarjat u dawn l-aħħar 17-il sena għenet lill-immigranti f’diversi ċentri ta’ detenzjoni. 

Antoinette li hija infermiera bi professjoni ma tibżax tgħin anki jekk taqla’ kritika, imma hija mara b’qalb kbira li dejjem lesta li tgħin lill-batut. 

Umani għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Maria Muscat, u se jixxandar illejla fis-7pm fuq TVM.