Filmat: Min Hi? beda bħala ħsieb 14-il sena ilu

Il-mara bil-maskra li dehret f’diversi lokalitajiet madwar Malta qajmet ħafna diskussjoni u kontroversja! Dan huwa proġett li Ruben Zahra ħolom bih 14-il sena ilu u waqt din l-edizzjoni l-ġdida ta’ Nitfa Kultura, Frederick Zammit jitkixxef aktar dwar il-ħsieb wara din il-produzzjoni li se tittella’ fit-teatru tar-Rialto f’Bormla li se jkun qed jerġà jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku wara kważi 7 snin.

L-attriċi brava Lee-N Abela se tkun qed twettaq sensiela ta’ rakkonti makabri bil-Malti bbażati fuq varjetà ta’ karattri femminili popolari matul l-istorja. Is-Sopran Nadia Vella se tkun qed tkanta live matul l-ispettaklu. L-udjenzi jistgħu jistennew li jesperjenzaw għadd ta’ xeni affaxxinanti li jiżviluppaw quddiem għajnejhom stess. Dawn jinkludu kaxex tal-mużika, puppazzi, linef, bebbux, pupi u kurżitajiet oħra.

Segwi l-filmat mis-sensiela ta’ Nitfa Kultura bi produzzjoni ta’ newsbook.com.mt biex forsi tiskopri min hi!