Filmat: Mill-qadfa bejn Malta u Pozzallo jiġbru €7,160 għall-Inspire

38 siegħa u 51 minuta wara t-tluq tagħhom, it-tim ta’ Kayak for Charity wasal lura Marsamxett ilbieraħ filgħaxija. B'kollox Ian Laferla u Andrea Scorcia, ġabru €7,163 għall-Fondazzjoni Inspire.
Ian u Andrea, irnexxielhom jaqdfu b’suċċess mill-Belt Valletta sa Pozzallo u lura fuq kajak doppja.
Waqt li telgħin mis-sellum ta’ mal-moll, Ian u Andrea kienu emozzjonati ħafna – ferħanin li temmew l-isfida b’suċċess, qabel il-ħin pjanat.
Kayak for Charity ilha tuża l-isport biex tiġbor fondi għal karitajiet differenti sa mill-2008. L-isfida ta’ din is-sena kellha l-għan biex jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Inspire li tgħin aktar minn elf tarbija u adulti b’diżabilitajiet differenti biex jilħqu l-milja tagħhom. Dan permezz ta' servizzi ta’ edukazzjoni, servizzi terapewtiċi u dawk ta’ divertiment tal-ogħla kwalità.
Donazzjonijiet jistgħu jibqgħu jsiru onlajn fuq http://fundraisingmalta.com/kayakchallenge/ jew b’SMS billi wieħed jikteb il-kelma “Kayak” u jibagħtu fuq 50618080 (€4.66), 50618926 (€6.99) jew 50619215 (€11.65).
Filmat: Mediacoop Ltd.