Filmat: Mill-klassi għall-kunvent

Mill-klassi għall-kunvent. Din hi t-tema prinċipali tas-soirèe ta' din is-sena imtella' mill-istudenti tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi bl-isem Sister Act.
Thomas Galea, membru tal-Kunsill tal-Istudenti ta' San Alwiġi u tal-Kumitat tas-soirèe qal ma' Newsbook.com.mt dwar kif is-36 edizzjoni tal-avveniment anwali marbut mal-Kulleġġ din is-sena se jkun mimli bit-talenti differenti tal-istudenti li jvarjaw bejn kant, żfin, rextar u mużika.
Ma jonqosx li l-isem tas-soirèe jkun marbut mar-rexta prinċipali li l-istudenti pproduċew, din is-sena bbażata fuq il-film mużikali klassiku Sister Act ta' Whoopi Goldberg.
Is-soirèe ta' din is-sena se jsir bejn nhar il-Ġimgħa u nhar it-Tnejn fis-7pm, fit-teatru tal-Kulleġġ f'Birkirkara.
Kull min jixtieq jattendi jista' jaqta' l-biljetti minn hawnhekk filwaqt li għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fuq il-paġna uffiċċjali tas-soirèe.