Filmat: “Mill-istejġ nibża’ ħafna” – Franklin

Franklin Calleja

Il-mistieden ta' nhar il-Ħamis huwa Franklin Calleja. Bla dubju huwa wieħed mill aqwa kantanti li għandha Malta. ...Ilna ftit ma' narawh!

Posted by X'sar minnhom? on Thursday, February 6, 2020

Waqt il-programm X’Sar Minnhom illum niltaqgħu mal-kantant Franklin Calleja. Ilna ftit ma narawh u llum se jitkellem kemm jiddejjaq jitla’ fuq stejġ u jara n-nies quddiemu.

Hu jitkellem fuq kif jaħdem biex jitla’ tarġa tarġa tarġa biex jikseb suċċess fil-karriera tiegħu u jaqsam bosta esperjenzi li ħafna lanqas biss jimmaġinaw.

Franklin twieled nhar it-22 ta’ Novembru 1992 u meta beda fil-kant kien jitħarreġ għand Glen Vella. Fl-2012 kien rebaħ il-kompetizzjoni televiżiva Don’t Stop Me Now.

Konna rajnih ukoll fil-Malta Eurovision Contest u regolarment fil-programm Ħadd Għalik. Kien ukoll finalist fil-kompetizzjoni ta’ San Marino fl-2018 biex jirrappreżenta lil dan il-pajjiż fil-Eurovision Song Contest, kif ukoll rajnieh ukolljikkompeti fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta.

X’se jkun qed jiżvela aktar illejla Franklin waqt X’Sar Minnhom?

Il-programm hu ppreżentat minn Alisa Pavia, u jixxandar fuq TVM nhar ta’ Ħamis fl-10.05pm.