Filmat: Mill-Etjopja u timpressjona f’X Factor

Ema Vella għandha 15-il sena. Ukoll għadha żgħira fl-età. Tistqarr li ta’ ħames xhur kienet ġiet addottata mill-Etjopja.

Tinterpreta I’d Rather Go Blind ta’ Etta James.

Vuċi b’saħħitha mmens li timpressjona l-ġurija.

“Ma nistax nemmen li għandek 15-il sena,” jgħid Howard.

“Għandek l-X Factor fik,” qal Ray.

Ira tinsab konvinta li se nisimgħuha aktar b’din it-tfajla.

Fil-preżenza ta’ ommha u zijuha li ddaħħlu wkoll fil-kamra tal-auditions.

“Nista’ nisimgħek tkanta ‘l ġurnata kollha,” tikkummenta Alexandra.

Jidher li d-deċiżjoni hija waħda faċli għall-4 membri tal-ġurija.

Lil Ema se narawha fil-fażi li jmiss tal-Bootcamp. X Factor Malta jkompli!