Filmat: Miljuni b’għajnejhom fuq Malta għal Valletta 2018

Euronews se jkun qed jittrażmetti dokumentarju ta’ 25 minuta għall-miljuni ta’ segwaċi tiegħu, dwar kif il-Belt Valletta rriġenerat ruħha sabiex saret Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dan ġie mħabbar fi stqarrija mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

Skont l-istqarrija, id-dokumentarju se jkun qed jintwera bħala parti mill-programm il-ġdid ta’ Euronews bl-isem ta’ Go!Europe. Se jintwera għall-ewwel darba llum fl-4.30pm (CET). Id-dokumentarju jinkludi filmati tal-Belt Valletta, galleriji tal-arti, boutique hotels, ristoranti u postijiet ta’ divertiment li ttrasformaw il-Belt bi preparazzjoni għal Valletta 2018.

Id-dokumentarju se jkun qed jixxandar fuq Euronews għal 10 darbiet bejn id-19 u t-28 ta’ Novembru.