Filmat: Il-Milied fil-Kenja jkun bil-briju imma bla tiżjin – saċerdot Malti

Il-Milied fil-Kenja ma jiġix iċċelebrat bħal ma’ jiġi ċċelebrat f’Malta. Il-funzjoni fil-knisja tkun bħal dik f’Malta bil-briju u bil-kant imma mingħajr ħafna tiżjin skont il-Kanonku Mario Cassar.

Il-Kanonku Cassar, li qiegħed f’Watamu fil-Kenja, qal dan fuq RTK 103FM ma’ Sylvana Debono. Spjega li n-nies tal-komunità tiegħu fil-Kenja ma jżejnux għall-Milied. Dan għaliex la għandhom il-kultura tat-tiżjin u lanqas il-mezzi biex iżejnu li kieku jridu.

Kan. Cassar spjega li jagħmel ħafna xogħol mal-foqra li jkunu kważi qed imutu bil-ġuħ. Jitma’ wkoll persuni orfni li jkunu man-nanniet li ma jifilħux. Għandu post fejn jitma’ 60 familja darba f’ġimgħa u li kuljum jiġu 40 orfni għall-ikel. Spjega li meta jkun Malta jiġbor il-flus u jħajjar lin-nies jidħlu bħala voluntiera.