Filmat: Miley Cyrus tkanta bil-bandiera ta’ Malta

Il-bandiera Maltija spiċċat f'idejn il-kantanta popolari Miley Cyrus waqt kunċert li sar is-Sibt li għadda, fil-Hallenstadion ta' Zurich fl-Isvizzera.
Kienu Roxanne u Kirsty Bartolo, żewġ tfajliet Maltin u li kienu preżenti għall-kunċert, li għaddew il-bandiera ta' Malta lill-kantanta popolari.
Kif iddeskrivew it-tfajliet stess fuq Facebook, ma setgħux jemmnu kif Cyrus, bint il-kantant tal-mużika country Billy Ray Cyrus, bdiet iddur madwar il-palk kollu ixxejjer il-bandiera ta' Malta filwaqt li tkompli tkanta l-kanzunetti mill-aħħar album mużikali tagħha.
Roxanne u Kirsty ħadu wkoll l-opportunita' li jieħdu r-ritratti biex ikollhom tifkira ta' dan il-mument li fih għenu mhux ftit biex isem Malta għal darb'oħra jerġa' jkun irreklamat kif mistħoqq. 

Ritratt u Filmat: Roxanne Bartolo / Kirsty Bartolo