Filmat: Mil-lejla tista’ ssegwi b’xejn il-musical Hairspray

Read in English.

Is-sensiela ta’ musicals li qed jixxandar fuq YouTube kull nhar ta’ Ġimgħa jkomplu llejla meta għal 48 siegħa se jkun aċċessibbli l-musical Hairspray tal-2013. F’din il-produzzjoni se jidhru Ariana Grande, Jennifer Hudson, Kristin Chenoweth kif ukoll l-attur Sean Hayes, li hu magħruf l-aktar għall-interpretazzjoni ta’ Jack fis-sensiela komika Will & Grace.

Ibbażat fuq il-musical Broadway rebbieħ tal-Premju Tony, “Hairspray Live!” isseħħ fil-Baltimore fl-1962. Il-ħolma ta’ Tracy Turnblad hija li tiżfen fuq “The Corny Collins Show”, programm lokali tat-TV. Meta, kontra kull xorta, Tracy tirbaħ rwol fl-ispettaklu, hi ssir ċelebrità minn lejl għan-nhar. Tiltaqa’ ma’ firxa mlewna ta’ karattri.

F’dan il-musical jispikka l-karattru ta’ omm Tracy, Edna Turnblad, li tinkoraġġixxi lit-tfajla biex tirnexxi fil-kampanja tagħha beix tintegra mat-tim tal-Corny Collins Show.

Hairspray se jkun aċċessibbli mit-8pm permezz ta’ dan il-link.