Filmat: Mil-lejla niltaqgħu mal-iskwadra sigrieta tan-nannu Toni

Skwadra sigrieta tan-nannu Toni

L-iskwadra Sigrieta tan-Nannu Toni hi serje ġdida ta’ erba episodji mmirata għat-tfal u għall-familja kollha li se tibda tixxandar mil-lejla fid-9pm fuq l-istazzjon One.

Wara li jkun għamel erbgħin sena fis-servizz, in-nannu Toni jiddeċiedi li jirtira biex iqatta’ l-kumplement ta’ ħajtu rilassat, flimkien ma’ martu, n-Nanna Rina u n-neputi John.  Fejn ilkoll flimkien marru jgħixu f’Ħal-Dratta.

Iżda l-perjodu rilassanti tan-Nannu Toni ma’ tantx dam, għax mal-ewwel sab ruħu, għaldarba oħra, jipprova jirbaħ il-kriminalita’.  Apparti lil John, in-nannu għandu żewġ neputijiet oħra, Luke u Doris, aħwa b’karattri kompletament differenti, iżda mill-aktar ħelwin.  B’hekk żġur li John, Luke u Doris ser iżommu lin-nannu impenjat waħda u sew.  Bla ħsieb, dawn it-tlieta spiċċaw innutaw diversi sitwazzjonijiet suspettużi, x’aktarx kriminali.  Għalhekk dawn it-tfal, bl-għan li jimxu fuq il-passi tan-nannu, bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Man-neputijiet u n-nannu, ingħaqdu ukoll is-Surġent Fred u l-iskwadra tiegħu, li bħal donnhom li sabuhom ta’ spalla tajba biex isolvu każijiet ġoddha.  Dan kollu jidher li huwa avventura mill-aqwa, nisperaw biss li n-Nanna Rina ma’ tinduna b’xejn għax inkella …

Dan is-serje huwa bbażat fuq il-ktieb ta’ Edward Attard – Skwadra Sigrieta b’addattament għat-televiżjoni ta’ Marie-Clare Sammut u Chanelle Demicoli. Il-produzzjoni hi ta’ Emotive Media.

Fost l-atturi prinċipali naraw lil Silvio Axisa, Aiken Buhagiar, Jeanelle Spiteri u Matthew Theuma. Ma’ ħafna oħrajn li ser iżewwqu l-istorja.

#skwadra2020 – Il-Promozzjoni Uffiċjali!L-Iskwadra Sigrieta tan-Nannu Toni, hi serje ġdida ta' erba episodji mmirata għat-tfal u għall-familja kollha. Din is-serje tlaqqana man-nannu Toni u t-tlett neputijiet tiegħu – John, Luke u Doris li jirnexxilhom jideffsu f'diversi sitwazzjonijiet suspettużi, x'aktarx kriminali! Ser inkunu qed niltaqgħu ukoll ma' iktar karattri ħelwin fosthom in-nanna Rina, Stella, Clint u s-Surġent Fred, li lkoll flimkien ser ikomplu jżewqu din l-istorja!Din is-sensiela ser tkun qed tixxandar matul il-festi tal-Milied, bl-ewwel episodju jixxandar fit-23 ta' Diċembru fuq ONE!

Posted by Emotive Media on Friday, December 4, 2020

It-tieni episodju jixxandar għada l-Ħamis 24 ta’ Diċembru filwaqt li t-tielet u r-raba punatta jixxandru fit-30 u 31 ta’ Diċembru, dejjem fid-9pm fuq l-istazzjon ONE.