Filmat: Mil-lejla jibda Malta’s Got Talent

HEAT IS ON ❌❌❌❌🗓Sunday 4th October 2020 ⏰20:50 📺Television Malta#MaltasGotTalent

Posted by Malta’s Got Talent on Sunday, September 13, 2020

Il-programm tant mistenni f’dan l-istaġun televiżiv jibda mil-lejla hekk kif TVM jagħti bidu għal Malta’s Got Talent li jixxandar fid-9pm.

Il-format huwa pjuttost sempliċi u jdur fuq wirjiet li jvarjaw minn sublimi għar-redikoli hekk kif fuq numru ta’ ġimgħat issir it-tfittxija biex jinstab l-aħjar talent f’pajjiżna.

Minn magicians għal jugglers, fire eaters, kantanti, żeffiena – insomma kull tip ta’ talent.

Kull parteċipant jittama li jiġbed l-attenzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija, Howard Keith Debono, Ray Attard, Sarah Zerafa u Maxine Aquilina. Dawn jiddeterminaw jekk il-parteċipant jgħaddix għall-fażi li jmiss inkella jieqfu mal-wirja tagħhom. Dan iseħħ jekk tliet membri tal-ġurija jagħfsu l-buttuna u l-parteċipant ikun kiseb tliet “X”.

Waqt Malta’s Got Talent se naraw ħafna parteċipanti li l-wirjiet tagħhom żgur se jħallu lit-telespettaturi jitkellmu fuq dak li se jkunu raw waqt kull edizzjoni, hekk kfi b’xi mod jew ieħor se jkunu qed jimpressjonaw.

Min jgħaddi għall-finali ikun qed jidħol fiċ-ċans li jirbaħ il-premju grandjuż ta’ 25000.

Il-programm għandu l-preżentazzjoni ta’ Gordon Bonello u bi produzzjoni ta’ Mint Media.