Filmat: Mike Spiteri f’kunċerti fl-Awstralja b’risq Puttinu u Dar il-Kaptan

Il-kantant Mike Spiteri bħalissa jinsab fl-Awstralja fejn qiegħed jagħti xi wirjiet u jieħu sehem f’attivitajiet biex jinġabru fondi b’risq Puttinu u Dar il-Kaptan.

Mike se jkun qegħed jieħu sehem f’diversi attivitajiet waqt li jdum fl-Awstralja, fejn huwa akkumpanjat mill-mara tiegħu Silvana. Filwaqt li kunċert minnhom diġà sar, ieħor se jkun qed isir fl-1 ta’ Marzu.

L-ikel waqt l-attivitajiet hu kollu f’idejn Chef Cavett li flimkien mal-kok Karl Micallef ħa ħsieb l-ikel li ġie ppreżentat lil dawk li qed jattendu. Dan kollu kien possibbli grazzi għal Iċ-Ċavett.

Mike dan l-aħħar ta’ wkoll is-sehem tiegħu fuq vidjow mużikali għas-Simon Schembri Blue Light Foundation flimkien ma’ Eleonor Cassar, Glen Vella, Janvil u Corazon Mizzi. Il-proġett għandu kitba ta’ Fleur Balzan u Paul Giordimaina.

Għal Mike dan hu żmien partikolari f’ħajtu hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu sar ukoll nannu għall-ewwel darba.

F’Jannar huwa mar ukoll ikanta mal-pazjenti fl-isptar Mater Dei.

Jidher mill-filmati li l-wirjiet ta’ Mike Spiteri fl-Awstralja qed ikunu ta’ suċċess u qed ikomplu jgħinu biex jinġabru l-fondi meħtieġa gaħll-Puttinu Cares.

Prosit Mike!