Filmat: Mijiet jattendu l-pellegrinaġġ tar-Redentur fl-Isla

Ilbieraħ filgħaxija sar pellegrinaġġ bil-vara tar-Redentur fl-Isla. 
Id-devozjoni lejn ir-Redentur hija fost l-aktar popolari f'Malta fejn mijiet ta' nies attendew għal dan il-pellegrinaġġ.
Il-vara tar-Redentur fl-Isla toħroġ f'purċissjoni tliet darbiet fis-sena.
Minbarra li toħroġ fir-Randan, il-vara toħroġ ukoll fil-Ġimgħa l-Kbira u l-Ħadd ta' wara l-Festa tal-Qalb ta' Ġesu.
It-tradizzjoni hija waħda antika ħafna. Sa mis-sena 1702, fl-inventarju antik tal-Parroċċa ta' Bormla tissemma vara tar-Redentur.
Wara l-pellegrinaġġ, l-Arċisqof Pawl Cremona mexxa quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa ta' Maħfra li saret f'sitt postijiet differenti – fil-parroċċa ta’ Marija Bambina fl-Isla,  fil-parroċċa ta’ Santa Marija f’Birkirkara, fil-Millennium Chapel f’Paceville, fil-parroċċa ta’ San Franġisk fil-Qawra, fil-Kappella tas-Seminarju tal-Virtù u fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.
Matul il-ġurnata tal-lum se jsiru ċelebrazzjonijiet simili fil-Vatikan.
Aktar dettalji dwar il-Festa tal-Maħfra jinsabu hawnhekk.
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja