Filmat: Michelle Muscat tagħmel l-Ice Bucket Challenge

Il-mara tal-Prim Ministru, Michelle Muscat ukoll aċċettat li tagħmel l-ALS Ice Bucket Challenge.
Filfatt kien il-Prim Ministru stess li tefa’ l-barmil mimli bl-ilma u s-silġ fuq il-mara tiegħu.
Michelle Muscat nnominat lil-koordinatriċi tal-olimpjadi speċjali, Anna Calleja, liċ-chairperson tal-Air Malta, Maria Micallef u lill-preżentaturi tal-programm televiżif Ilsien In-Nisa.
Il-Ġimgħa, il-Prim Ministru wkoll għamel l-isfida tal-ALS Ice Bucket Challenge.