Filmat: Michelle Muscat lura l-art

Mart il-Prim Ministru Michelle Muscat temmet b’suċċess sfida ta’ 12 –il kilometru għawma b’risq il-Fondazzjoni Marigold,  biex jinġabru fondi biex atleti Maltin jieħdu sehem fl-Ispecial Olympics f’marzu tas-sena d-dieħla f’Abu Dhabi.

Is-Sinjura Muscat għomot mill -Qawra sal-bajja tal-Għadira fi ftit iktar minn ħames sigħat.

L-għawma li bdiet fil-11:30 ta’ filgħodu ntemmet fl-04:30 ta’ wara nofsinhar u kienet ir-raba’ u l-itqal sfida għal Muscat f’danw l-aħħar erba’ snin.

Jistennew lil Michelle Muscat kien hemm fost l-oħrajn, il-Prim Ministru Joseph Muscat u ż-żewġ uliedhom flimiien ma’ ġemgħa nies oħra.

L-isfida bl-isem ‘rock to rock’ intemmet f’ kunċert rock bis-sehem ta’ bosta mużiċisti żgħar.