Filmat: Michela b’appell lil dawk li għadhom ma applikawx għal X Factor

Ritratt: Albert Camilleri

Michela Pace għamlet appell fejn qed tħeġġeġ lil dawk kollha li għadhom ma applikawx għall-edizzjoni li jmiss ta’ X Factor Malta biex japplikaw għax hi llum il-ġurnata qiegħda fejn qegħda grazzi għal din il-kompetizzjoni televiżiva.

Il-kantanta żagħżugħa li s-Sibt li għadda kklassifikat fl-14-il post fil-finali tal-Eurovision Song Contest (u mhux fis-16-il post bħala ma kien oriġinarjament tħabbar) irringrazzjat lil kulħadd tal-appoġġ li tawha sa mill-bidunett.

Ritratt: Albert Camilleri

Fil-filmat hi tgħid li bis-saħħa tal-X Factor kisbet l-esperjenza li kellha bżonn biex titla fuq dak il-palk il-kbir li wassalha biex jarawha miljuni ta’ nies. Il-ħolma tagħha saret realta u enfasizzat li l-ħolma tista’ tkun wara ‘l bieb u għalhekk wieħed għandu jfittex japplika malajr qabel dawn jagħlqu.

Fl-ewwel edizzjoni tiegħu, il-programm X Factor laħaq udjenzi rekord ta’ 180,000 telespettatur. L-applikazzjoni fuq is-sit www.tvm.com.mt