Filmat: Michela Agius tniedi t-tielet kanzunetta oriġinali

L-artista Michela Agius ta’ 23 sena tiddebutta l-vidjow muzikali għall-aħħar silta tagħha All The Way. Il-kanzunetta inkitbet minn Michela stess flimkien ma’ Matt Muxu Mercieca u Peter Borg u ġiet irrekordjata għand Railway Studios u tinkludi arranġamenti minn Aleandro Spiteri Monsigneur.

All The Way issa hija t-tielet kanzunetta oriġinali ta’ Michela u tnedija wara oħra narawha timmatura mużikalment kif ukoll bħala artista. Din il-kanzunetta u l-vidjow kellhom direzzjoni ta’ Steven Levi Vella għandhom stil li qatt ma rajniha bih qabel.

Tul dawn l-aħħar ftit snin Michela kienet qed taħdem u tikkollabora fuq diversi proġetti u saħansitra kellha waħda mill-rwolijiet prinċipali fil-musical magħruf mad-dinja kollha We Will Rock You li ttella’ ġewwa l-MCC f’Ottubru li għadda. Żommu għajnejkom u widnejkom miftuħin għax bla dubju Michela Agius se tkun waħda minn dawk l-artisti li se tħalli l-marka tagħha fix-xena mużikali.

Meta staqsejnieha dwar kif tiddeskrivi lilha nnifisa hi wieġbet “Inħossni jiena meta inkun qed noħloq il-mużika, nisma’ l-mużika u meta nagħti prestazzjonijiet mużikali. Naħseb dik minna nnifisha tgħidlek dak kollu li nista’ ngħid dwari’’