Voxpop: Mhux vera li ż-żgħażagħ ma jafux kif se jivvutaw – Żagħżugħa

Newsbook.com.mt mar il-Belt Valletta u ħa l-kummenti tan-nies dwar hux se jivvutaw fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt li ġej. Dawk intervistati minn Newsbook.com.mt qalu li se jkunu qed jivvutaw.

Meta mistoqsijin minn Newsbook.com.mt dwar x’dejjaqhom minn din il-kampanja, persuna minn dawk intervistati qalet li waħda mill-affarijiet li dejqitha kienet li kien hemm min mill-partiti politiċi qal li ż-żgħażagħ ma jafux fuq xix se jkunu qed jivvutaw. Hija spjegat li hi rċeviet tagħlim dwar dan is-suġġett u taf kif se tkun qed tivvota.  Persuna oħra qalet li dejquha t-timbri li ngħataw fuq ċerti suġġetti.

Filmat: Luke Zerafa