Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci qalet li l-awtoritajiet mhux se jinsew dak li għamel il-poplu Malti għal pajjiżu.
F’filmat fuq Facebook Prof. Gauci qalet li tħoss l-imħabba li wrew lejha għadd ta’ persuni.
Fil-filmat tkellmu wkoll għadd ta’ professjonisti u uffiċjali b’ringrazzjament lill-poplu.
Il-Prof. Gauci mistennija terġa’ tindirizza konferenza tal-aħbarijiet live għada. Dan wara li ħabbret li mhux se tkun qed titkellem ta’ kuljum kif kien qed isir fl-aħħar ġimgħat.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.