Filmat: “Mhux se niġġudika lil Lawrence Gonzi dwar li qal fuq l-iskandlu taż-żejt”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li mhux se jagħti l-ġudizzju tiegħu dwar l-istqarrijiet ta’ Dr Lawrence Gonzi fuq l-allegat skandlu taż-żejt u r-relazzjoni tiegħu man-negozjant George Farrugia.
Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar jekk iqisx li fix-xhieda tiegħu, l-eks Prim Ministru seta’ kien qed jiżgwida l-fatti, qal li dwar il-każ hemm affarijiet li għadhom mhumiex ċari u li qed iħassbu lin-nies.
Sostna li jħalli l-investigazzjonijiet jieħdu l-kors tagħhom għax bħalissa dik hi l-prijorità.