Filmat: “Mhux neċessarjament qed jiġi investigat” – Delia dwar Ferris

“Meta ngħidu li investigawh, m’għandix informazzjoni li ġie investigat, iżda li hu ġie msejjaħ mill-Pulizija”. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta ġie mistoqsi minn Newsbook.com.mt għar-reazzjoni tal-PN għall-fatt li Jonathan Ferris, eks spettur u eks impjegat tal-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU), ġie interrogat mill-Pulizija għal 3 sigħat.

Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Partit Nazzjonalista quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta.

Delia wieġeb li hu m’għandux informazzjoni li qed jiġi investigat, iżda li ġie msejjaħ mill-Pulizija, li jaf tfisser li huwa qed jgħin fil-proċedura u mhux neċessarjament li qed jinvestigaw lilu.

Huwa sostna li jibbaża l-konsiderazzjoni tiegħu fuq il-fatti, u li meta l-PN ikollhom il-fatti f’idejhom ta’ dawn l-investigazzjonijiet f’hiex ħa jwasslu, ikunu jistgħu jikkumentaw aħjar.