Filmat: Mhux kulma jleqq hu deheb

Ftit minn dak li se naraw nhar it-Tnejn li ġej

Ftit minn dak li se naraw fl-episodju li jmiss. X'se jiġri nhar it-Tnejn li ġej f'Elf Metodu? Min huma dawn il-karattri? Tkunu tafu aktar nhar it-Tnejn fid-9 ta' filgħaxija.Produzzjoni ta' Louise Doneo għal madmovies prod. ltd. Kitba ta' Simon Bartolo Idea oriġinali ta' Mark Doneo Mużika ta' Matthew James Borg Muntaġġ ta' Chris Goa Farrugia Direzzjoni ta' Jameson CucciardiBil-kollaborazzjoni ta' Arts Council Malta u KulturaTV Fuq ONE.com.mt#elfmetodu #tvseries #unapologetic #blackcomedy

Posted by Elf Metodu on Sunday, February 9, 2020

Illejla fid-9pm fuq l-istazzjon One se jixxandar episodju ieħor mis-sensiela Elf Metodu.

Fil-ħames episodju se naraw lil Karen tersaq lejn l-irġiel mill-ġdid. Din id-darba mhux biex teħles lin-nisa mill-problemi li qed jikkaġunawlhom, anzi pjuttost twarrab id-djarju għal ftit. Tiltaqa’ ma’ Ryan (Vince Micallef Pule), raġel sabiħ, kollu kumplimenti, ward u żegħil… imma, sfortunatament, mhux kull ma jleqq hu deheb!

Ritratt: Josef Grech Coldman

Mill-banda l-oħra, għalkemm il-ħajja ta’ Karen qed tieħu naqra kulur, żgur li mhux kollox miexi fuq ir-rubini għaliha. Dik il-ġebla min waddabha? Min qed jgħajjarha “qattiela” u jipprova jintimidaha? 

Elf Metodu għandu kitba ta’ Simon Bartolo fuq idea ta’ Mark Doneo.