Filmat: “Mhux kulħadd huwa ffortunat kif kont jien”

Sibtek tas-Sibt li ġej mimli nies li għandhom storja x’jaqsmu magħna. Programm fejn fih ser issiru tafu ħafna affarijiet li ma kontux tafu qabel. Sibtek is-Sibt fis- 13:15 fuq TVM

Posted by Sibtek on Monday, October 12, 2020

Waqt Sibtek tal-lum is-Sibt li jixxandar fuq TVM fis-1.15pm, niltaqgħu mal-ġurnalista sportiva ta’ TVM Sports Joanna Camilleri li tistqarr l-imħabba unika għat-tifel tagħha u tiżvela għaliex ma tistax issib is-sieħeb tagħha.

Svetlana Muscat titkellem fuq l-esperjenzi qarsa li għaddiet minnhom u bis-saħħa tagħhom kompliet tissoda.

Niltaqgħu ma’ Gwen l-iżgħar chef ta’ Malta li għad għandha 8 snin u li diġà ppubblikat il-ktieb tar-riċetti tagħha.

Kylie Coleiro twasslilna l-mużika varjata kull nhar ta’ Sibt filwaqt li l-koppja maħbuba Ryan u Josmar iwasslulna ħafna logħob bhal The Box, Moda Challenge u ħafna aktar

Sibtek ilaqqagħna mal-kantanta Anna Azzopardi u l-proġetti tagħha. Il-ħajja miżżewġa u kurżità li ma kontx taf dwar l-attriċi Kim Dalli li se titkellem fuq l-għajnuna li qed tagħti lil ħafna nies f’dawn iż-żminijiet.

Sibtek huwa ppreżentat minn Ryan u Josmar u jkollu repetizzjoni llejla stess fil-11.30pm fuq TVM.

Ir-residenti zghazagh ta’ Sibtek ikunu preparati biex isaqqsu xi mistoqsija tahraq.

Is-sibt ifiiser Sibtej fis-13:15 fuq TVM