Filmat: “Mhux interessat f’karigi” – Zrinzo Azzopardi

Il-Membru Parlamentari Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi qal li mhux interessat li jilħaq Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.

Hu kien qed jitkellem ma’ Newsbook.com.mt fil-Belt Valletta. Mistoqsi jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat għandux jirreżenja minnufih, Zrinzo Azzopardi qal li m’għandux xi jwieġeb għal dik il-mistoqsija. Hu lanqas ma ried jikkummenta dwar il-pjan dijaboliku li semma d-deputat Robert Abela fuq Facebook aktar kmieni llum.

Mistoqsi jekk hemmx xi tip ta’ ftehim sabiex ikun hemm biss kandidat wieħed għal Mexxej tal-Partit Laburista, Zrinzo Azzopardi qal li sa fejn jaf hu ma hemm l-ebda ftehim tat-tip.

Ġurnalista: Monique Agius; Filmat: Miguela Xuereb